Internazzjonali

Ikomplu jiżdiedu l-vittmi f’Los Angeles

Telgħu għal 11 il-persuni li mietu kaġun tan-nirien f’Los Angeles. Dan hekk kif din il-belt għadha miksija b’kutra ta’ trab iswed fl-arja, riżultat tal-fjammi kontinwi li żviluppaw f’diversi zoni fin-naħa t’isfel ta’ Kalifornja.

It-timijiet tal-emerġenza qed jimxu minn distrett għall-ieħor biex jaraw jekk isibux aktar nies li spiċċaw maqbuda. Dan filwaqt li mal-200 uffiċjal tal-Pulizija ġew skjerati f’zoni partikolari biex tiġi evitata realtà oħra: li jkun hemm serq bl-addoċċ mir-residenzi lussużi li tħallew evakwati.

Intant, l-awtoritajiet Amerikani qed jgħidu li dan id-diżastru wassal għal ħsarat kbar…illi huma ikkalkulati li kapaċi jitilgħu għal 150 biljuni dollaru