Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard qed jibqa’ jiddefendi lill-Avukat Ġenerali Victoria Buttiġieġ.
F’diskussjoni li saret fuq RTK103, fejn preżenti kien hemm wkoll is-Shadow Minister Karol Aquilina, il-Ministru Attard baqa’ jiddefendi l-fatt li l-Avukat Ġenerali ddeċidiet li ma tippubblikax l-inkjesta 17Black.
U filwaqt li ħareġ għonqu għal Victoria Buttigieg, il-Ministru tal-Ġustizzja tenna illi ma jridx ikun hemm riskju li tiġi illikjata xi parti mill-Inkjesta 17Black.
Kien fid-dawl ta’ dan li s-Shadow Minister baqa’ jtenni li din l-inkjesta hija dwar serq minn flus il-poplu u għalhekk għandha tiġi ppubblikata.
Il-Ministru Attard stqarr illi qed ikun hawn min jabbuża mill-Inkjesti Maġisterjali u – skont hu – huwa fid-dawl ta’ dan li se tkun qed tinbidel il-liġi. Bil-preżentatur Andrew Azzopardi jagħti x’jifhem li li kieku l-Maġistrati jirċievu ittri li ma jkunux veritieri – l-inkjesti Maġisterjalima tinfetaħx.
U filwaqt li Karol Aquilina esprima l-fiduċja assoluta tiegħu fil-ġudikatura, il-Ministru Attard infexx f’attakk politiku.
Matul il-programm saret referenza għall-attakk sfaċċat tal-Prim Ministru Robert Abela fuq il-ġudikatura. B’Jonathan Attard jaqbeż għall-Prim Ministru, filwaqt li attakka lill-Oppożizzjoni.
Apparti minn hekk, il-Ministru tal-Ġustizzja spiċċa jattakka l-libertà tal-Maġistrati li jaħtru l-esperti tal-Qorti.
//= $special ?>