Lokali Qorti

Jingħata l-pleġġ raġel akkużat b vjolenza domestika: “Hawn min qed jabbuża mill-ordni ta’ protezzjoni” – Il-prosekuzzjoni

Bulgaru ta’ 34 sena, resident tas-Sliema, ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ ta’ allegat vjolenza domestika fuq l-eks sieħba tiegħu wara li l-prosekuzzjoni stess qalet lill-Qorti li sfortunatament hawn każijiet fejn qed isir abbuż mil-‘protection orders’.

Kienet l-Ispettur Spettur Audrey Micallef stess li qalet fil-Qorti li ma kinetx se toġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest għaliex l-allegata vittma kienet qed tibbumbardjah bil-messaġġi. U hu mhux talli ma kienx qed jirritalja talli meta titolbu flus għat-tifel, minkejja li m’hemmx kuntratt u xorta jagħtiha.

L-akkużat, li jahdem f’pompa tal-petrol wiegeb mhux hati ghall-akkużi li fis-6 ta’ Jannar li għadda u qabel kiser ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-eks sieħba tiegħu, li tiġi wkoll omm ibnu. Hu ġie mixli wkoll li permezz ta’ apparat ta’ kommunikazzjoni elettronika, hedded li jwettaq reat fil-konfront tagħha u li nġurjaha.

L-ispettur spjegat ukoll fil-Qorti kif l-ewwel kienet tibbumbardjah bil-messaġġi fuq messenger u wara li bblukkjaha, l-akkużat beda jirċievi telefonati min numru mhux magħruf u meta wieġeb kienet omm l-vittma titolbu l-flus. Minkejja dan hu f’ebda hin ma rritalja.

L-Avukat Franco Debono qal illi filwaqt li l-protezzjoni ghanda tingħata lil min jinħtieġa, qed immorru min estrem ghal ieħor meta każijiet bhal dawn jitressqu b’arrest. Avukat Matthew Xuereb ukoll ilmenta minn din s-sitwazzjoni u qal illi ma kellux jitressaq b’arrest.

L-Maġistrat Lara Lanfranco li ppresjediet l-każ ikkummentat illi sfortunatament din hija r-realtà li dan mhux każ iżolat u li qed tiltaqa’ ma każijiet simili. Il-Qorti laqgħet t-talba għal-ħelsien mill-arrest taħt garanzija personali ta’ €3,000 u li jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa biss.

Għall-akkużat dehru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Matthew Xuereb filwaqt li l-Ispettur Audrey Demicoli mexxiet il-prosekuzzjoni.