Internazzjonali

Kunflitt intern u kontroversji fil-Partit ta’ Nigel Farage

Il-mexxej tal-Partit Reform u l-Membru Parlamentari Ingliż, Nigel Farage qed jaffaċċja kritika minħabba t-tmexxija tiegħu, wara li rriżenjaw 10 kunsillieri minn dan il-partit.

Dawn l-10 kunsillieri qed jakkużaw lil Nigel Farage li qed immexxi l-Partit Reform UK bi stil awtokratiku, u li l-Partit tilef id-direzzjoni tiegħu.

Nigel Farage, li ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Ingliż f’Lulju li għadda qed jiċħad dawn l-akkużi u qal li dawn l-10 kunsillieri kienu parti minn fergħa diżonesta u li ma għaddewx mill-proċess ta’ diliġenża.

Intant, fl-aħħar jiem, l-imprenditur Elon Musk ħareġ jiddikjara pubblikament fuq il-midja soċjali li Nigel Farage għandu jitneħħa minn mexxej tal-Partit Reform UK.