Internazzjonali

Miljuni ta’ accounts jispiċċaw vittma ta’ hacking

Fl-Istat Uniti, grupp ta’ hackers attakkaw kumpanija Amerikana li tiġbor informazzjoni minn smartphones, b’rabta mal-moviment tan-nies.

Qed jingħad li ammont kbir ta’ informazzjoni privata tan-nies insterqet f’dan il-hacking, hekk kif aktar minn 10 terabytes ta’ informazzjoni ġiet aċċessata.

L-informazzjoni li nsterqet ġiet mxerrda fuq il-pjattaformi tal-hackers.

Dan l-hack qed jitqies bħala wieħed mill-ikbar tax-xorta tiegħu hekk kif pjattaformi popolari bħal Spotify, u Sky News ġew affettwati.