Lokali

Mixja ta’ 48 kilometru f’għeluq sninu

Conrad Neil Gatt, attivist online magħruf għall-esplorazzjoni tal-wirt storiku Malti, se jimxi 48 kilometru u jżur 48 sit storiku, f’mixja li mistennija ddum 10 sigħat.

Din l-inizjattiva se ssir nħar l-Erbgħa 29 ta’ Jannar.

Gatt qed jorganizza din l-inizjattiva bħala parti mill-ċelebrazzjonijiet ta’ jum twelidu, hekk kif huwa mistenni li jagħlaq 48 sena.

Barra minn hekk, Gatt qed jorganizza din il-mixja ukoll biex jipppromwovi l-wirt storiku ta’ pajjiżna kif ukoll juru kemm siti kulturi Maltin huma aċċessibbli u konċentrati.

Tul din il-mixja, huwa se jagħti deskrizzjonijiet qosra u jgħaqqad l-esperjenza tiegħu ma’ vidjows fuq l-internet.

Il-mixja ta’ Conrad Neil Gatt se tibda fl-10 ta’ filgħodu minn Birkirkara u tintemm fit-8 ta’ filgħaxija fiż-Żurrieq.