Sitwazzjonijiet li jħalluk bla kliem. Il-Pulizija kellhom anke każ fejn mara kienet qed issuq “u titma lit-tarbija tagħha”.
Din hija biss waħda mis-sitwazzjonijiet fit-toroq Maltin – elenkati mill-Ispettur Nicholas Vella, fl-intervent tiegħu waqt il-programm NETLIVE.
L-Ispettur Vella, li ġej mit-taqsima tat-traffiku, semma’ kif hemm ħafna sitwazzjonijiet li jirriżultaw f’inċidenti, u li jikkaġunaw ġrieħi gravi, u anke imwiet. U hawn, irrefera wkoll għal dak li jiltaqgħu miegħu il-Pulizija fit-toroq.
L-Ispettur elenka wkoll t-tliet fatturi prinċipali li jikkaġġunaw inċidenti tat-traffiku f’pajjiżna, b’dawn ikunu; l-veloċità eċċessiva, sitwazzjonijiet li jtellfu mill-attenzjoni tas-sewwieq, u n-nuqqas tal-użu tas-seatbelt anke fuq wara tal-vettura.
Bl-istess Spettur jispjega li huwa importanti li wieħed ma jaqbiżx għal konklużjonijiet fejn jidħlu l-inċidenti, hekk kif wieħed irid jara l-istampa kollha. Fejn spjega li l-awtoritajiet jemmnu ħafna fir-responsabbiltà kollettiva.
L-Ispettur Vella fisser kif il-Korp tal-Pulizija se jkun qed joħloq taqsima speċifikament għall-inċidenti fit-traffiku. Bl-Ispettru jispjega li huwa ħafna x-xogħol li jagħmlu l-awtoritajiet sabiex jistabilixxu l-kawżi, u t-tort tal-inċident; hekk kif it-tort jista’ anke jaqa’ fuq il-persuni li jkunu weġġgħu jew saħanistra mietu.
Intant, ħareġ kif matul is-sena saru 1,700 roadcheck, b’170 minnhom isiru fil-perjodu tal-festi. U kienu 11 il-persuni li nstabu taħt l-effett tal-alokoħol.
Preżenti għal din id-diskussjoni fuq Net Television kien hemm wkoll ir-rappreżentant mid-Doctors For Road Safety, it-tabib Gordon Caruana Dingli li wkoll spjega kemm huwa importanti li kulħadd iżomm il-kawtela u l-attenzjoni fit-toroq għal aktar sigurtà.
//= $special ?>