Internazzjonali

Stat ta’ emerġenza lokali f’Los Angeles

L-awtoritajiet tas-saħħa pubblika f’Los Angeles ddikjaraw stat ta’ emerġenza lokali minħabba d-dħaħen li qed ikkawża ħsarat kbar fl-Istat ta’ Kalifornja.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet f’Los Angeles qed jgħidu li n-nirien u riħ qawwi qed ikkawża ukoll ħsarat kbar fil-kwalità tal-arja u mistennija li tħalli impatt negattiv fuq is-saħħa tan-nies.

L-awtoritajiet qed iħeġġu lil dawk li ma għadhom ma ġewx evakwati biex jibqgħu f’darhom u ankè iżommu t-twieqi u l-bibien magħluqa.

Madankollu, l-awtoritajiet qed jirrikkomandaw ukoll lill-pubbliku biex jilbsu maskra meta joħorġu barra.