L-Eks Ministru Justyne Caruana, għax tkeċċiet mill-kabinett ta’ Abela darbtejn, ingħatat 11-il job b’paga ta’ madwar €500 kuljum. Però, għas-settur privat il-Gvern ta’ Abela m’għandux flus.
Hekk sostna x-Shadow Minister Ryan Callus waqt attività politika li saret illum fin-Naxxar, fejn spega kif kien hemm proġett li fih inħoloq programm biex l-intelligenza artifiċjali tgħin fil-problema tat-traffiku li dejjem qed tiżdied f’pajjiżna. Madanakollu din l-idea ma ngħatatx l-appoġġ għax jidher li l-Gvern ta’ Abela m’għandux fiduċja fis-settur privat.
Callus saħaq li s-settur privat jistenna level playing feild, xi ħaġa li pajjiżna m’għandux l-istess bħalma m’għandux infrastrutura tajba li tgħin lin-negozji.
Ix-Shadow Minister Ryan Callus ukoll għamel referenza għall-Inkjesta 17 black u spjega li din il-kumpanija kienet kumpanija li fiha kienu se jmorru flus ta’ korruzzjoni li jiġu mill-Electrogass. Hu sostna wkoll li l-inkjesta għandha tiġi ppublikata biex toħroġ il-verità kollha.
Callus għamel referenza wkoll għat-tieni interconnector li se jkun qed isir fix-xhur li ġejjien u fakkar kif dan huwa possibbli biss bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista li kellu viżjoni. Viżjoni li dak iż-żmien il-Partit Laburista kien jiddieħaq biha u kien jgħid li ma kienx proġett stabbli.
Ix-Shadow Minister fakkar ukoll kif il-Gvern ħassar proġett li bih 100 karozza tal-linja kienu se jibdew jaħdmu bl-elettriku.
//= $special ?>