Internazzjonali

Franza: midruba waqt inċident bit-trams fi Strasbourg

Talanqas 30 sfaw midruba wara li żewġ trams ħabtu ma’ xulxin fl-istazzjon ċenerali ta’ Strasbourg fi Franza. Dan meta għaddejja investigazzjoni dwar il-kawża tal-inċident li fih ħadd ma tilef ħajtu.

Il-filmati li qed jiċċirkulaw fuq il-media soċjali juru ż-żewġ trams – b’għexieren ta’ passiġġieri – fuq il-post tal-inċident u meta filmat partikulari qed juri wkoll id-dħaħen telgħin mis-sit fost ix-xeni kaotiċi fil-madwar.

Mifhum li l-inċident seħħ wara li wieħed mit-trams qaleb minn binarju għall-ieħor u ħabat mat-tram l-ieħor li kien wieqaf.