Lokali

Huwa inaċċettabbli li l-Avukat Ġenerali tibqa’ pupazz tal-Prim Ministru – Claudette Buttigieg

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Huwa inaċċettabbli li l-Avukat Ġenerali tibqa’ pupazz tal-Prim Ministru Robert Abela, mela għinu l-Partit Nazzjonalalista ħalli flimkien nirnexxu.

Hekk sostniet ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg fl-intervent tagħha waqt l-attività politika li saret illum fin-Naxxar fejn saħqet li l-flus tal-korruzzjoni jiġu mill-but tal-Poplu Malti u Għawdxi u għalhekk huwa essenzjali li l-Avukat Ġenerali tippubblika l-Inkjesta 17 Black.

Kien hawn fejn ix-Shadow Minister irringrazzjat lil eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, lil MEP David Casa, lill-Avukat Jason Azzopardi u lil Daphe Caruana Galizia. Saħqet ukoll li għal korruzzjoni b’rabta ma’ 17 Black il-poplu Malti u Għawdxi qed iħallas fil-kontijiet tad-dawl.

Għal din ir-raġuni Buttigiet saħqet li l-għajta tal-Partit Nazzjonalista kontra l-korruzzjoni se tkun kontinwa. Hija tat l-eżempju tal-iskandlu tat-tliet sptarijiet fejn il-poplu qed iħaabbat wiċċu ma’ settur tas-saħħa li qed jikkrola.

Buttgieg tenniet li huwa inaċettabli wkoll li Abela qed jiprova jbiddel ir-regoli biex jibdew inkjesti simili bħal dik ta’ 17 Black.

Hi temmet l-appell tagħha biex kulħadd jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ.