Internazzjonali

Il-kroazja: vot deċiżiv għall-presidenza

Zoran Milanovic gestures as he celebrates after first results were announced during the run-off of Croatia's presidential election in Zagreb, Croatia, January 5, 2020. REUTERS/Marko Djurica

Il-Kroati qed jivvutaw fit-tieni rawnd tal-elezzjoni għall-Presidenza fejn il-President attwali tal-Kroazja, Zoran Milanovic, qed jikkuntesta kontra  Dragan Primorac – il-kandidat appoġġjat mill-Prim Ministru u l-Gvern ta’ Zagreb.

Fl-ewwel rawnd tal-proċess, li sar fid-29 ta’ Diċembru, Milanovic kien rebaħ bi kważi 50 fil-mija tal-vot kontra seba’ kandidati oħra u fejn kien falla bi żbrixx minn maġġoranza assoluta. Milanovic kien dam ħafna bħala Kap tas-Soċjal Demokratiċi Kroati waqt li serva wkoll bħala Prim Ministru tal-Kroazja mill-aħħar tal-2011 sal-ewwel parti tal-2016.

Milanovic hu anki magħruf bħala populista u kritiku kbir tal-Prim Ministru Kroat attwali, Andrej Plenkovic, li qed imexxi lill-Partit għall-Unjoni Demokratika Kroata – jew HDZ. Fil-fatt, il-konfronti jaħarqu bejn il-President u l-Prim Ministru saru element integrali tax-xena politika fil-Kroazja.

Filwaqt li għad ma daħlux riżultati, is-sinjali kollha qed juru lil Milanovic – li hu wkoll kritiku tal-appoġġ li l-Ukrajna qed tingħata mill-Punent – bħala favorit nett għar-rebħa.