Colin Schembri
Luxol Sherries Estates 120
Tigers 66
(37-7)(32-16)(34-20)(17-23)
Luxol Sherries Estates fetħu l-programm b’rebħa komda fuq it-team ta’ Tigers 120-66 bil-coach Duncan Fenech jagħti spazju lil diversi players żagħżagħ. Tigers komplew jintroduċu aktar players fejn kellhom id-debutt ta’ Kendall Jordan u Darko Mitrovic. Kif mistenni, Luxpl ħarġu fuq l-offensiva speċjalment b’sensiela ta’ trippli mill-Amerikan Darron Howard flimkien ma’ Stefan Cappello u Caleb Mccrary. Nathan Xuereb ukoll kellhu trippla fil-waqt li Tigers kellhom biss seba’ punti għal skor ta’ 37-7. Fit-tieni taqsima minkejja s-sostituzzjonoijiet ta’ Fenech kien hemm run oħra ta’ 21-4 minn Luxol bi trippli minn Xuereb u Vule Jandric. Tigers irrispondew għal xi ħin hekk kif kellhom żewġ trippli minn Albert Varcallo però Lxol għalqu t-taqsima b’aktar trippli minn Jandric u Isaac Azzopardi għal skor ta’ 69-23.
Il-bidu tat-tielet taqsima kien l-aktar parti bilanċjata tal-partita biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin hekk kif Luxol kellhom trippli minn Azzopardi u Edgar Caruana Montaldo u Varcallo jagħmel tnejn għal Tigers. Lejn tmiem il-perjodu kien hemm break ieħor ta’ 13-0 minn Luxol għal skor ta’ 103-51. L-aħħar taqsima xaqilbet aktar favur Tigers partikolarment b’run ta’ 11-2 b’diversi punti minn Keith Micaller flimkien ma’ Jordan però ma kienx hemm dubju dwar ir-riżultat hekk kif Luxol ħarġu rebbieħa 120-66.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 33, E. Caruana Montaldo 3, A. Azzopardi, I. Azzopardi 16, V. Jandric 11, P. Engelbert 8, JP Schembri 2, N. Xuereb 6, N. Bukva 5, C. Jones Mccrary 24, M. Matijevic 6, S. Cappello 6.
Tigers: D. Pisani 8, D. Constantino, S. Hamparsoumian 3, K. Jordan 16, K. Micaller 9, D. Mitrovic 2, M. Baldacchino 6, A. Varcallo 17, S. Saakian 3.
Referees: Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi
Valletta Lions 84
Luxol Sherries Estates 85
(15-16)(21-20)(26-21)(22-28)
F’partita mill-isbaħ u kumbattuta sal-aħħar sekondi Luxol Sherries Estates ħadu rebħa importanti kontra Valletta Lions 85-84. Valletta kienu mingħajr Francesco Mifsud Bonnici però huma rreġistraw lil player Serge Hamparsoumian mit-tieni team tagħom Tigers. Il-partita fetħet bi trippla ta’ Piotr Stelmach rebbieħ tal-BOV player tax-xahar ta’ Diċembru. Luxol irrispondew permezz ta’ Stefan Cappello u trippla ta’ Jean Paul Schembri però Valletta wkoll kellhom aktar trippli minn Nikola Vasovic u Myles Carter biex sa’ nofs it-taqsima kienu 9-5 minn fuq. Luxol wieġbu b’żewġ three pointers ta’ Darron Howard f’temp ta’ nofs minuta biex iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin u s-sessjoni għalqet bil Luxol punt minn fuq 16-15. Fit-tieni perjodu Luxol kabbru l-vantaġġ wara punti minn Caleb Jones Mccrary flimkien ma’ trippla ta’ Nenad Bukva. Valletta rkupraw u għamlu sitt punti mingħajr risposta biex ippareġjaw 25-25 però pronta kienet ir-risposta ta’ Luxol b’żewġ trippli konsekuttivi minn Nathan Xuereb. Valletta reġgħu ħadu l-vantaġġ wara punti minn Carter u Eric Terry però Xuereb għamel trippla fl-aħħar 13 –il sekonda għal vantaġġ ta’ basket għal Luxol 36-34. Kien għad fadal time-out ta’ Harry Savaya għal Belt u dan issarraf f’basket minn Terry fuq offensive rebound għal parita ta’ 36-36.
Valletta bdew it-tielet taqsima b’seba’ punti mingħajr risposta. Hawn Luxol kellhom it-trippli ta’ Mccrary u Bukva qabel ma Hamparsoumian kiseb l-ewwel punti tiegħu ma’ Valletta. Sa’ tmiem is-sessjoni kien hemm aktar trippli fuq iż-żewġ naħat biex Valletta temmew it-taqsima 62-57 minn fuq. Luxol bdew l-aħħar sessjoni bi break ta’ 11-4 bi tlett baskets wara xulxin minn Mccrary. F’nofs ir-raba taqsima Valletta tilfu lil Stelmach bil-ħames foul li kkometta f’azzjoni fuq Howard li -poġġiet lil Luxol fuq quddiem 68-67.Xuereb kompla jkabbrilhom il-vantaġġ bir-raba’ trippla tieghu però Stefan Vincic wieġeb immedjatament. Luxol irnexxielhom jieħdu l-vantaġġ grazzi għall-punti minn Bukva u Mccrary u l-eċitament baqa’ sejjer hekk kif l-aħħar minuta bdiet bil-Luxol 80-77 minn fuq. Fl-attakk ta’ wara trippla ta’ Carter għamlet l-iiskor indaqs 80-80 però Howard wieġeb immedjetament b’azzjoni ta’ tlett punti. Vincic għamel free-throw minn tnejn però Xuereb għamel l-aħħar tnejn għal Luxol biex ħadu r-rebħa fuq skor finali ta 85-84.
.
Valletta Lions: N. Grech, N. Da Silva, M. Carter 32, P. Stelmach 12, S. Hamparsoumian 7, D. Schembri, J. Camilleri, N. Vasovic 17, S. Vincic 5, E. Terry 11.
Luxol Sherries Estates: D. Howard 17 , A. Azzopardi 2, I. Azzopardi, V. Jandric 2, P. Engelbert, JP Schembri 3, N. Xuereb 19, N. Bukva 15, C. Jones Mccrary 25, M. Matijevic, S. Cappello 2, E. Caruana Montaldo
Referees: Fiorentina Ciurariu, Daniel Farrugia, Nestor Rincon.
Tigers 65
Athleta AtoZ 109
(11-21)(20-33)(18-23)(16-32)
Athleta AtoZ kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Tigers 109-65 biex kisbu r-raba’ rebħa minn daqstant partiti kontra l-istess avversarji. Partita posittiva għat-tlett Amerikani tal-Athleta li qasmu bejniethom 78 punt. Athleta fetħu bil-punti ta’ Kurt James qabel ma kien hemm trippla fuq kull naħa minn Albert Varcallo u Caleb Matthews. Għal xi ħin Tigers baqgħu viċin tal-avversarji però Athleta għamlu run ta’ 10-0 b’diversi punti minn Maxwell Amoafo għal skor ta’ 21-11. Matthews fetaħ it-tieni sessjoni bi trippla oħra però Tigers ġew lura grazzi għat-trippli minn Kendall Jordan u Miguel Baldacchino. Athleta rkupraw u għamlu run ta’ 11-2 b’aktar three pointers ta’ Matthews u ieħor ta’ Marco Farrugia biex ħadu vantaġġ doppju 44-22. Varcallo kompla jitħabat għal Tigers però Farrugia għalaq it-taqsima bi trippla oħra għal skor ta’ 54-31.
It-tielet taqsima kompliet bl-istess andament speċjalment bil-punti tal-Amerikani tal-Athleta għalkemm Tigers kellhom it-trippli minn Varcallo u Jordan. Gabriel Cassar u Andrej Bozanic kisbu aktarpunti għall-Athleta qabel ma Varcallo għamel trippla oħra għal skor ta’ 77-49. L-aħħar sessjoni fetħet b’run qawwija minn Athleta ta’ 22-4 fejn kien hemm diversi punti minn Amoafo, James u Matthews flimkiem ma’ trippla taż-żagħżugħ Michelangelo Spiteri. Finalment, Tigers wieġbu bi trippla ta’ Varcallo b’Matthews jagħqqad il-mitt punt għall-Athleta li baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 109-65.
Tigers: D. Pisani 3, A. Attard 2, K. Jordan 20, K. Micaller, D. Mitrovic 8, D. Constantino 2, M. Baldacchino 2, A. Varcallo 28, S. Saakian.
Athleta AtoZ: K. Fabri 4, A. Garcia, C. Matthews 20, I. Xuereb, K. James 34, M. Farrugia 6, M. Spiteri 8, A. Bozanic 8, L. Borg, J. Cefai 1, M. Amoafo 24, G. Cassar 4.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu
Starlites JSD 78
Hibernians 85
(18-18)(23-18)(15-19)(22-30)
Hibernians għelbu lil Starlites JSD 85-78 f’konfront importanti għall-ewwel post tal-klassifika. Il-partita kienet missielta ferm fejn il-vantaġġ inbidel għal disa’ darbiet u kienet f’parita għal seba’ darbiet. Għal Starlites kien hemm id-debutt tal-Amerikan Chris Paul li fil-passat lagħab ukoll fil-Finlandja, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu. Huwa se jkun qiegħed jieħu post Joe Davies li sofra injury qabel il-festi tal-Milied u kellu jħalli pajjiżna. Il-partita kienet kumbattuta sa’ mill-ewwel ħinijiet fejn kienu Hibs li fetħu l-aħjar u ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 11-4 wara trippla ta’ Derek Brown u punti minn Ivan Demcesen u Tederick Wolfe. Wara time-out ta’ Paul Ferrante, Starlites bdew jirkupraw imħeġġa mis-supporters tagħhom u għamlu run ta’ 7-0 kollha minn Trevon Reddish. Hibs waqqfuhom b’basket ta’ Wolfe u trippla minn Brown però Starlites għamlu seba’ punti oħra qabel ma Wolfe għalaq it-taqsima bi trippla għal parita ta’ 18-18. Fit-tieni sessjoni Starlites komplew bi break ta’ 8-2 bi trippla ta’ Ian Felice Pace. Hibs irrispondew bil-punti minn Demcesen u Neil Cassar biex sas-seba’ minuta għamlu l-iskor indaqs 30-30. Benjamin Curran kiseb trippla għal Starlites però punti konsekuttivi minn Wolfe poġġew lil Hibs fuq quddiem. Starlites kellhom sensiela ta’ free-throws minn Reddish u Kai Fabri biex ħadu vantaġġ li din id-darba żammew sa’ tmiem is-sessjoni 41-36.
Wara l-intervall, Brown u Demcesen naqqsu d-distakk għal Hibs però Paul wieġeb bi trippla għal Starlites. Brown ukoll kellhu trippla għal Hibs bi Starlites iżommu vantaġġ ta’ 5 punti f’nofs is-sessjoni 50-45. Hawn Hibs kellhom mument tajjeb b’sitt punti konsekuttivi biex marru fuq quddiem iżda r-risposta ta’ Starlites ma damitx biex waslet bil-punti ta’ Reddish u Curran biex ic-champions żammew vantaġġ ta punt 56-55. Il-bidu tal-aħħar sessjoni kien il-mument kruċjali fejn Hibs għamlu run ta’ 14-2 bi trippli minn Matthew Attard u Wolfe u fetħu vantaġġ ta’ 11 -il punt 69-58. Starlites tħabtu biex jirkupraw l-iżvantaġġ bi break ta’ 8-0 però Hibs reġgħu ħadu vantaġġ b’figuri doppji 78-68 bi trippla oħra minn Attard. Starlites bdew iwaqqfu l-arloġġ però Hibs kienu preċiżi mill-free-throw line u ħarġu rebbieħa 85-78.
Starlites JSD: B. Curran 6, A. Aquilina 2, K. Fabri 3, I. Felice Pace 8, M. Fabri, M. Scerri 7, C. Paul 12, L. Farrugia, K. Xuereb 5, N. Sultana, K. Mortensen, T. Reddish 35.
Hibernians: N. Cassar 4, T. Wolfe 19, D. Brown 23, P. Attard, L. Attard, L. Farrugia, A. Axiaq, M. Gouder 4, M. Attard 9, M. Mallia 2, I. Demcesen 24, S. Simic
Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi.
//= $special ?>