Illum fuq NET Television mill-4.10pm ‘l quddiem jixxandar it-tlettax-il programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-ewwel programm, intervista mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti KEVIN AZZOPARDI li matulha mhux biss saret analiżi dwar dak li seħħ fi ħdan il-KOM matul l-2024, iżda wkoll dwar dak li hemm fil-programm ta’ sport għall-2025 inkluża edizzjoni oħra tal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa li se ssir f’Andorra.
Fit-tieni parti tal-programm Charles Camenzuli flimkien mal-cameraperson Ramon Farrugia, iltaqa’ ma’ FABIO SPITERI waqt sessjoni ta’ taħriġ ta’ atleti f’Ta’ Qali fejn miegħu kien diskuss xi jwassal biex atleta bħalu jiddeciedi li jagħmel id-DECA jew aħjar għaxar Ironman fuq medda ta’ ftit ġranet.
SPORT EXTRA għandu lil Antoine Farrugia Lauri bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Ramon Farrugia.

Charles Camenzuli jintervista lil Kevin Azzopardi
//= $special ?>