Ħames snin fid-dell ta’ Muscat. Huwa dan il-mod li bih il-ġurnali ddeskrivew il-ħames snin ta’ Robert Abela fit-tmexxija ta’ Kastilja – bil-gazzetti stess jirrimarkaw kif dawn kienu ħames snin ta’ riżenji, skandli, tberbiq ta’ flus il-poplu u u-turns; Gvern illi falla f’diversi oqsma, fejn in-nuqqas ta’ leadership kienet raġuni ewlenija illi tappnet l-avvanz ekonomiku li jidher mill-istatistika.
Il-gazzetta The Malta Independent on Sunday tgħid illi dan l-anniversarju qed ifakkarna fid-diversi skandli li ħakmu l-Gvern ta’ Robert Abela, li fil-bidu kien wiegħed tmexxija nadifa. Dan apparti li spiċċa jmexxi Gvern mifni b’diversi riżenji, bil-qasma fil-Grupp Parlamentari tiegħu tidher dejjem aktar evidenti.
Il-gazzetta ‘il-mument’ tagħżel it-titlu “Fallejt”. U tanalizza s-sitwazzjoni preżenti fil-Partit Laburista, bir-rabja lejn Robert Abela tkun dejjem aktar evidenti.
B’saħħtu ħafna it-titlu li użat il-MaltaToday: “Master of Crisis”. Bil-gazzetta tgħid li Abela falla minħabba li għażel il-kontinwità, u spiċċa implikat fid-diversi skandli ta’ korruzzjoni.
Iżda forsi l-aktar front page b’saħħitha kienet dik tat-Times, illi għażlet li ma tagħti ebda spazju lil Robert Abela – insinifikanti.
Fuq kollox, Robert Abela se jibqa’ imfakkar għall-agħar riżultat li kellu l-Labour fl-MEPs. Fil-fatt, f’Ġunju li għadda, apparti li tilef siġġu fil-Parlament Ewropew tilef ukoll maġġoranzi f’numru kbir ta’ Kunsilli Lokali.
//= $special ?>