Ram Tumuluri, dak li kien direttur ta’ Vitals Global Healthcare, ingħata €10.5 miljun wara li Steward Healthcare kienet akkużatu bi frodi.
Dan l-ammont ta’ flus ingħata lil Tumuluri f’deal sigriet illi sar wara li hu hedded li jikxef provi mill-kuntratt frawdalenti tat-tliet sptarijiet, fejn Tumuluri qal li se jiftaħ kawżi fil-qrati tal-Istati Uniti, r-Renju Unit u anke Malta. Hu kien lest jikxef kif kien sfurzat jitlaq mill-kumpanija permezz ta’ theddid u intimidazzjoni minn naħa ta’ Steward.
Ta’ Steward minn naħa tagħhom kienu ukoll qed jiġbru l-akkużi kontrih, fejn akkużawh bi frodi li jinkluda rċivuti tal-VAT falsifikati li jlaħħqu il-valur ta’ €50 miljun… u li kienu se jiġu frodati mill-kaxxa ta’ Malta.
Tumulrui huwa isem sinonimu ma’ Vitals Global Healthcare, u l-emails li aċċessaw il-ġurnalisti tat-Times of Malta wrew kif Tumuluri kien dar fuq l-eks Chief of Staff Keith Schembru u l-eks Ministru Konrad Mizzi – li indirizahom bħala ħbieb – u qalhom li ma hemm l-ebda bażi biex jitilgħu l-Qorti fuq dawn l-akkużi.
Kien qalilhom ukoll li hu qatt ma kien favur il-bejgħ lil ta’ Steward; madanakollu kien qabel biex jintogħġob ma Schembri.
Eventwalment, dan l-email għadda wkoll għand Armin Ernst mingħand Shaukat Ali.
F’dan il-punt, Keith Schembri kien jaf li Tumuluri qed jiffaċċja akkuzi ta’ użu ħażin ta’ fondi pubbliċi, bi Schembri flok jirraporta dan kollu lill-pulizija biex jinvestigaw ….allegatament uża din l-informazzjoni għall-gwadan persunali tiegħu. U Tumuluri ingħata din is-somma ta’ miljuni biex kollox jinżamm mistur.
Bħalissa, għaddejin proċeduri serji fl-istati Uniti fil-konfront ta’ Steward.
F’Malta wkoll, għandna lil Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri li tpoġġew taħt att t’akkuża – u se jgħaddu ġuri b’rabta mal-frodi tal-isptarijiet.
Dan filwaqt li Robert Abela għadu ma ġabx imqar ċenteżmu wieħed lura mill-miljuni li insterqu minn but il-poplu.
//= $special ?>