Rebħa netta għal Barcelona f’El Clasico tal-futbol Spanjol fil-King Abdullah Sports City f’Jeddah, fl-Għarabja Sawdija, liema finali kienet deċiża fl-ewwel taqsima fejn Barcelona fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls li kien impossibbli għal Real Madrid li jirkupraw.
Real Madrid marru fuq l-offensiva wara biss 5 minuti u marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Vinicius Junior, kien KYLIAN MBAPPE li għeleb lil Szcesny. Reazzjoni minn li fit-22 minuta li kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ LAMINE YAMAL, li minn azzjoni ta’ Robert Lewandowski għeleb lil Rthibaut Courtois.
Kibret il-pressjoni minn Barcelona u fis-36 minuta minn foul ta’ Eduardo Camavinga fuq Gavi, Jesus Gil ikkonsulta VAR u ngħata penalty għal Barcelona b’ROBERT LEWANDOWSKI jgħamel l-iskor 2 – 1. Żewġ minuti wara, azzjoni ta’ Jules Koundè lejn RAPHINHA li bir-ras għeleb lil Courtois. Fl-10 minuta ta’ ħin miżjud, minn azzjoni ta’ Raphina kien ALEJANDRO BALDE li kabbar l-iskor .
4 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fit-48 minuta l-iskor sar 5 – 1 mill-ġdid permezz ta’ RAPHINHA minn azzjoni ta’ Marc Casado. Fil-57 minuta tkeċċa Szczesny għal Barcelona sabiex fis-60 minuta RODRYGO approfitta minn żball ta’ Inaki Penà u għamel l-iskor 5 – 2.
//= $special ?>