Sport

It-tim Nazzjonali tal-Handball fl-azzjoni fil-Bulgarija

It-tim Nazzjonali tal-Handball kien fl-azzjoni f’Varna, fil-Bulgarija, fl-ewwel fażi fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat tal-Ewropa 2028 tal-Federazzjoni Ewropea tal-Handball li għandhom isiru fi Spanja, Portugall u fl-Iżvizzera f’Jannar 2028.

Fl-aħħar partita, it-tim Malti tilef kontra Cipru 18 – 43. Immexxi mill-Head Coach David Ruch megħjun minn Joe Tanti u Olivier Barhot, sa tmiem l-ewwel taqsima kien jinsab b’passiv ta’ 8 – 18 .

Il-gowls għal Malta skorjati 4 kull wieħed minn Liam Harrison u Benjamin Spiteri, 3 gowls Chris McClean , 2 gowls kull wieħed Jacques Selfert u Isaac Vella u gowl kull wieħed minn Raoul Ciappara u Ryan Sciortino.

Fl-ewwel partita fil-kompetizzjoni, Malta tilfet 14 – 37 kontra r-Renju Unit filwaqt li fit-tieni partita tilef ukoll kontra Bulgarija 13 – 30 .

Punt pożittiv iżda huwa li Liam Harrison, bi 11-il gowl fi tliet partiti li temm fit-tieni post tal-aqwa scorers flimkien ma’ Francisco Pereira tar-Renju Unit u Andreas Ioannou ta’ Cipru, bl-aħjar skorer tal-kompetizzjoni kien Nicolas Karkelatos ta’ Cipru b’19-il gowl.

—————