Sport

Manchester United jirbħu fl-FA Cup bil-penalties

Ritratt: EPA

F’partita mill-isbaħ tipika tal-FA Cup, l-unuri tal-ġurnata jmorru għal Manchester United li komplew bis-serje pożittiva fejn minkejja li kienu għal ħin twil bi plejer anqas, b’Bajindir isalva penalty f’mument kruċjali, il-partita marret għall-ħin barrani u għall-għoti tal-penalties fejn skorjaw ħamsa minn ħamsa u post fir-raba’ rawnd tal-FA Cup.

Ir-riżultat kien 0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima l-partita ħadet xejra differenti. Fit-52 minuta Marchester United imorru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Alejandro Garnacho, kien BRUNO FERNANDES li għeleb lil David Raya. Fil-61 minuta tkeċċa għal Manchester United fuq ammonizzjoni doppja Diego Dalot. Bi plejer aktar kibret il-pressjoni minn  Arsenal li fit-63 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ GABRIEL MEGALHAES. Fis-70 minuta. Andrew Madley ġġudika li Harry McGuire, iffawlja lil Kai Havertz u ssaffar penalty għal Arsenal.

Tah Martin Odegaard, iżda Altay Bayindir li għal partita ħa post Andre’ Onana, salva. 1 – 1 fi tmiem id-90 minuta u ħin miżjud, bil-partita marret għal ħin barrani. Ebda bdil fir-riżultat bil-partita marret għall-għoti tal-penalties fejn Manchester United skorjaw il-ħamsa tagħhom permezz ta’ Bruno Fernandes, Amad Diallo, Leny Yoro, Lisandro Martinez u Joshua Zirkzee. Għal Arsenal skorjaw Martin Odegaard, Declan Rice u Thomas Partey filwaqt li Kai Havertz kien falla t-tieni penalty mis-serje.