Sport

Rikonoxximent lil personalitajiet u assocjazzjonijiet

Intemmet il-konferenza nazzjonali  ‘Celebrating Sport in Malta 2025’ li matulha ġew diskussi temi importanti li għandhom l-għan li jtejbu r-rwol tal-isport u l-attività fiżika fil-ħajja ta’ kuljum fosthom inizjattiva kollaborattiva biex tippromwovi t-tagħlim tal-għawm u s-sigurtà fl-ilma bi preżentazzjoni mill-mistieden specjali Antonio Silva, President ta’ European Aquatics.

Diskuss ukoll il-fattur fejn persuni għandhom jadottaw stil ta’ ħajja attiva waqt it-tranżizzjoni għall-irtirar kif ukoll ħarsien u promozzjoni tal-fitness u s-saħħa.

Fost il-kelliema kien hemm Profs Gregor Starc, Kap ta’ SLOfit u espert fil-monitoraġġ tal-fitness u s-saħħa; u Aurelien Favre, Kap Eżekuttiv tal-European Observatoire du Sport.

Misteden Specjali l-eks plejer tat-tim Nazzjonali tal-Italja tal-volleyball Valerio Vermiglio li rebaħ il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Ateni fl-2004.

Fl-istess waqt ingħata wkoll rikonoxximent lil personalitajiet u assocjazzjonijiet li matul dawn l-aħħar 10 snin kellhom sehem fil-ħidma u bidla fil komunità tal-isport fosthom lill-Malta Basketball Association, Neil Agius , Malta Employees Sports Association, Jarhead Foundation, Special Olympics Invitational Games 2022, Kumitat Organizattiv Logħob tal-Pajjizi Zghar 2023 u Kumitat Organizattiv tal-European Aquatics Final 4 Champions League 2024, impjegati ta’ SportMalta, Caritas Malta u Dar tal-Providenza, Alfred Cachia u Fr. Hilary Tagliaferro u l-Ministru għall-Isport Clifton Grima li flimkien mac-Chairman ta’ Sport Malta. Matthew Pisani; u l-Kap Eżekuttiv Mark Cutajar indirizzaw lil dawk preżenti.