Dak li jixtieq jagħmel il-Prim Ministru Robert Abela bit-tibdil fil-liġi… ma hu xejn għajr it-tneħħija tas-saltna tad-dritt minn fuq l-eżekuttiv.
Kienet din ir-reazzjoni tal-midja indipendenti għad-diskors li wassal Robert Abela l-Ħadd, diskors xokkanti ferm tant li anke l-midja indipendenti qed tikkritikah.
Il-midja indipendenti innotat kif Robert Abela ilu żmien jipprova jpenġi lilu nnifsu bħala vittma ta’ pjan makabru. Madanakollu, din id-darba n-narrativa li ħa Abela hija iktar perikoluża hekk kif qed jipprova jbiddel il-liġi, biex tkun iktar diffiċli għaċ-ċittadini biex jitolbu inkjesta.
Abela qal “iridu jibagħtuna l-ħabs, kulħadd huwa fil-periklu anke l-ommijiet u n-nisa tqal.”
Madanakollu, dan l-artiklu fuq il-midja waqa’ din ir-retorika għal kollox hekk kif spjega li meta xi ħadd jitlob biex tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali, il-Maġistrat ma taqbadx u tiftaħ inkjesta minnufih. Barra minn hekk, meta Maġistrat jaċċetta, li jiftaħ inkjesta, is-suspetat jista’ jappella din it-talba.
Jekk is-suspetat ma jappellax din it-talba, dan xorta ma jfissirx li awtomatikament se jkun hemm att ta’ akkużi kontra din il-persuna. Bażikament, il-proċess ta’ meta ċiatadin jitlob Inkjesta Maġisterjali huwa l-istess proċess li daqslikieku fetħet inkjesta l-Pulizija.
Dan hekk kif, skont dan l-artiklu, dak li qed jipprova jagħmel Abela huwa li jneħħi d-dritt li kull ċittadin għandu biex jitlob għall-investigazzjoni fuq xi ħadd. Biex b’hekk jekk il-Pulizija ma tiftaħx investigazzjoni… din il-persuna sempliċiment ma tiġix investigata.
//= $special ?>