Kultura Lokali

Biljetti għall-imsieħba tal-KNK għal-London Book Fair 2025

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed joffri ammont ta’ biljetti lil pubblikaturi, awturi u tradutturi minn Malta biex jattendu l-London Book Fair 2025, organizzata mil-11 sat-13 ta’ Marzu fl-Olympia, Londra. 

Din l-iskema tagħmel parti mill-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja 2025 tal-KNK, li tniedet fl-2023. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirrikonoxxi l-isfida li l-pubblikaturi, l-awturi u t-tradutturi Maltin jaffaċċaw biex jinnavigaw fis-suq tal-pubblikazzjoni internazzjonali u impenjat biex irawwem suċċess fih. Il-KNK qed joffri opportunità unika għall-imsieħba biex jibnu pont ma’ mkejjen ewlenin fl-industrija fis-suq globali tal-kotba. 

Qed jiġu offruti b’kollox 20 biljett għal pubblikaturi, awturi u tradutturi minn Malta, li se jiġu allokati fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Filwaqt li l-biljett jagħti aċċess għal-London Book Fair 2025 tul it-tlett ijiem (mil-11 sat-13 ta’ Marzu), l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għandhom jitħallsu mill-applikant. 

Applikanti prospettivi huma ġentilment mitluba jimlew l-applikazzjoni sas-7 ta’ Frar 2025.