Wara ġimgħat ta’ xogħol intensiv, il-fergħat tal-Bank of Valletta f’Bugibba u Ħal Luqa fetħu mill-ġdid il-bibien tagħhom għall-klijenti, issa b’ambjent modern u aġġornat biex joffri lill-klijenti esperjenza bankarja superjuri. Dawn ir-rinovazzjonijiet jenfasizzaw id-dedikazzjoni tal-Bank li jtejjeb kontinwament il-faċilitajiet tiegħu biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti li kulma jmur dejjem jevolvu.
Sadanittant, il-fergħa tal-Bank fʼĦaż-Żebbug għalqet b’mod temporanju wara inċident żgħir fil-binja. Bħalissa qed isiru pjanijiet għal rinovazzjoni li se twassal biex din il-fergħa tiġi modernizzata u tkun tista’ tipprovdi lill-klijenti standard għoli taʼ servizzi f’din il-lokalità. Din il-fergħa se tkun fuq l-istess livell ta’ fergħat li kienu rinnovati dan l-aħħar.
Il-fergħat tal-Bank f’Ħal Luqa u Buġibba li għadhom kif ġew rinovati, issa għandhom disinn kontemporanju, inkluż skema ta’ kuluri ġdida, konformi mal-aħħar standards li qed jintużaw fil-fergħat li diġà għaddew mill-eżerċizzju ta’ rinnovar. Bil-għan li l-klijenti jinqdew bl-aħjar mod, iż-żewġ fergħat issa jinkludu żoni ddedikati għall-privatezza, li jipprovdu ambjent komdu u sigur għal diskussjonijiet kunfidenzjali. Dawn l-ispazji jirriflettu l-impenn tal-Bank li jiżgura l-ogħla livelli ta’ diskrezzjoni u kura tal-klijent. Fil-fergħa ta’ Buġibba, ġiet introdotta wkoll sistema ġdida biex torganizza s-servizz meta jkun hemm kju. Din is-sistema ġiet imfassla biex tissimplifika l-għoti tas-servizz, tnaqqas il-ħinijiet ta’ stennija, u ttejjeb il-vjaġġ olistiku tal-klijent.
Matul iż-żmien li l-fergħa ta’ Ħaż-Żebbuġ se tkun magħluqa, il-klijenti huma mħeġġa jużaw fergħat fil-qrib fir-Rabat, Ħal Qormi u s-Siġġiewi. L-eqreb ATMs jinsabu r-Rabat, Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħ’Attard.
//= $special ?>