Lokali

“Gvern ġdid Nazzjonalista jindirizza l-problemi li jolqtu lin-nies” – Bernard Grech

Gvern ġdid Nazzjonalista kapaċi jindirizza l-problemi li l-iktar qed jolqtu n-nies; fosthom l-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-popolazzjoni.

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervista ma’ Ricky Caruana fejn fakkar kif il-poplu qed jinsteraq mit-taxxa tal-COLA – xi ħaġa li Gvern Nazzjonalisa jelimina. Apparti li jimbarka fuq numru ta’ inizjattivi oħrajn.

Bernard Grech tkellem dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista fejn tidħol it-tnaqqis tat-taxxa. Mhux hekk biss però. Għall-kumpaniji li jerġgħu jinvestu fil-kumpanija tagħhom stess Gvern ġdid Nazzjonalista se jnaqqas it-taxxa għal 15%.

Waqt din l-intervista, Bernard Grech semma’ wkoll kif Gvern ġdid Nazzjonalista jindirizza l-problema taż-żieda fil-popolazzjoni, li splodiet taħt il-Labour.

Ma naqasx ukoll li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar il-qtugħ tad-dawl li esperjenzajna fl-aħħar snin.

Fuq kollox, kompla jgħid Bernard Grech, Gvern ġdid Nazzjonalista joffri serenità lill-poplu. Dan għal kuntrarju ta’ Gvern Laburista li hu mifni bil-korruzzjoni.

Bernard Grech fakkar ukoll fil-kisbiet kbar li kiseb il-Partit Nazzjonalista fis-sena 2024, fosthom l-aqwa riżultati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u kif żied il-kunsilliera ġodda kważi f’kull lokalità.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita temm billi qal li kulħadd għandu rwol u missjoni fil-Partit Nazzjonalista