L-iskwadri għall-emerġenzi fil-belt ta’ Los Angeles u l-madwar fl-aħħar sigħat kienu qed jiffaċċjaw sfida ġdida waqt l-isforzi biex jikkontrollaw l-agħar nirien għal snin f’dawn l-inħawi fl-Istat Amerikan ta’ Kalifornja. Dan fost it-tbassir meteoroloġiku dwar l-irwiefen ‘kbar u perikolużi’ li għandhom iferrxu l-fjammi kbar qab iz-zoni lejn il-majjistral ta’ Los Angeles u anki ‘il hinn minnhom.
U waqt li l-firefighters (inklużi voluntiera minn barra l-pajjiż) qed ikomplu jikkumbattu man-nirien, l-awtoritajiet f’Los Angeles ikkonfermaw l-allert (red flag) għall-irwiefen li jistgħu jilħqu veloċità ta’ 70 mil fis-siegħa. Fl-istess ħin, ir-residenti ta’ din il-belt u l-madwar huma mwissija biex jibqgħu d-dar ħalli ma jibilgħux it-trabijiet u d-dħaħen tal-ġmied velenużi kaġunati min-nirien.
Mifhum li kważi terz tar-residenti f’diversi zoni ta’ Los Angeles – inkluż iz-zona esklussiva ta’ Malibu County — tilfu djarhom f’din it-traġedja. Dan meta għad hemm żewġ inċidenzi ta’ nirien ewlenin flimkien ma’ żewġ każi ta’ nirien oħra attivi li madankollu ma koprewx medda ta’ territorju daqshekk kbira.
L-akbar inċidenza tan-nirien hi mlaqqma Palisades Fire li ħakmet f’diversi artijiet u fejn il-firefighters qed isibuha diffiċli ħafna biex jikkontrollawha.
Fin-nirien mietu talanqas 24 persuna, bi 30 oħra jkunu rappurtati neqsin, Dan waqt li ‘il fuq minn 90,000 resident ta’ Los Angeles jinsabu taħt id-direttivi għall-evakwazzjoni.
//= $special ?>