Lokali

“Is-sitwazzjoni f’Mater Dei saret tal-biża’… tal-biki” – Ħaddiema fl-Isptar Mater Dei

F’post fuq il-midja soċjali minn persuna jgħid, li s-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei tant saret tal-biża’ li wara li għamel 36 siegħa fuq ‘stretcher’ jistenna għaliex ma kienx hemm biżżejjed sodod – lanqas sempliċiment imħadda ma ngħatat lil dan il-pazjent. Din il-persuna saħqet ukoll li matul il-lejl ikun hemm ċaqliq kbir ta’ nies, b’riżultat li l-pazjenti ma jkunux jistgħu jistrieħu kif jixraq – dan apparti l-fatt li ċertu swali jinsabu imballati żżejjed.

Fil-‘comment feed’ iktar tard kien hemm ukoll persuna li taħdem fl-istess Sptar fejn saħqet li “s-sitwazzjoni f’Mater Dei saret tal-biża’ u tal-biki”. Hi sostniet li l-ħaddiema jinsabu ‘overworked’ u fl-istess ħin ‘under-paid’. Hi saħqet ukoll li m’hemm l-ebda rispett lejn il-ħaddiema anke meta jkun hemm xi ilmenti fuq is-sitwazzjoni.

Dan fost baraxx ta’ kummenti oħra li saħqu dwar kif is-sitwazzjoni fl-emerġenza hija tal-biża’.