Riżultat pjuttost sorpriża fejn filwaqt li Fiorentina sofrew il-ħames telfa tal-istaġun fejn bi 32 punt baqgħu fis-sitt post, għal kuntrarju kienet it-tieni rebħa għal Monza f’20 partita u nifs minkejja li għadhom fl-aħħar post fil-klassifika.
Minkejja li matul l-ewwel taqsima Fiorentina kellhom aktar pussess, Monza filwaqt li kkontrollaw l-attakki iżolati ta’ Fiorentina kellhom aktar okkażjonijiet offensivi. Fl-istess waqt bl-ewwel taqsima destinata li tintemm bla gowls, fl-44 minuta kienu Monza li marru fil-vantaġġ. Gowl ta’ PATRICK CIURRIA li bix-xellug għeleb lil David de Gea.
Fit-tieni taqsima, minkejja li Fiorentina kienu aktar fil-partita fit-63 minuta Monza rduppjaw. Minn azzjoni ta’ Pedro Pereira kien DANIEL MALDINI li għeleb lil De Gea. Reazzjoni immedjata minn Fiorentina u fit-72 minuta sar foul ta’ Andrea Carboni fuq Beltran. Federico Dionisi saffar penalty għal Fiorentina. Taħ LUCAS BELTRAN li għeleb lil Stefano Turati. Riżultat ta’ 2 – 1 li baqa’ l-istess sa tmiem il-partita.
//= $special ?>