Skont Robert Abela, hu għandu “informazzjoni” u anke “tagħrif” b’rabta mal-Inkjesta 17 Black.
Hekk iddikjara l-Prim Ministru nnifsu meta ġie mistoqsi minn din il-kamra tal-aħbarjiet ir-raġuni għaliex s’issa l-Partit Laburista għadu ma skużax ruħu dwar l-iskandlu 17 Black – meta din il-kumpanija sigrieta hija intrinsikament marbuta mad-deal tat-tanker tal-gass li sar mil-Labour.
Għad-domandi ta’ Net News, Abela baqa’ jsostni li l-Labour m’għandux għalfejn jiskuża ruħu. U saħaq li m’hemm ħadd mill-Partit Laburista implikat, għaliex hu għandu din l-informazzjoni.
Interessanti dak li qalilna l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana barra l-Parlament fejn sostna li mhux il-Labour irid jiskuża ruħu għall-iskandlu ta’ 17 Black, iżda n-nies. Bil-kumplament tad-deputati Laburisti jidhru skomdi jwieġbu dwar din l-Inkjesta… u l-fatt li s’issa għadha ma ġietx ippubblikata.
//= $special ?>