Lokali

Abela jrid jillimita l-aċċess għal inkjesti maġisterjali

Fl-aħħar sigħat, l-MEP David Casa kkundanna l-isforzi tal-Gvern li jrid jillimita l-aċċess taċ-ċittadini privati għall-inkjesti maġisterjali.

Casa fakkar illi li kieku ma kienx għall-inkjesta maġisterjali, il-poplu ma kien ikollu ebda tama li qatt jikseb ġustizzja.

Dwar din it-tema tkellem ukoll Peter Agius li insista li l-Ewropa għandha tgħaddi mill-paroli għall-fatti f’dak li għandu x’jaqsam ir-rule of law.

Dan hekk kif il-Gvern Malti jrid iwaqqaf ċ-ċittadini normal… u jimpendlhom mili jitolbu l-ftuħ ta’ inkjesta maġisterjali.

L-MEP Nazzjonalista fakkar li kien grazzi għall-kuraġġ li wrew Simon Busuttil u David Casa li llum hemm investigazzjoni kriminali dwar l-Electrogas u 17 Black.