Fil-partita tal-ġimgħa, Arsenal rebħu n-North London Derby kontra Tottenham Hotspur biex komplew jagħmlu l-pressjoni fuq Liverpool, li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’47 punt, filwaqt li Arsenal jinsabu fuq 43 punt. L-iskor finali kien 2-1 wara li l-Gunners marru minn taħt wara 25 minuta logħob minn gowl ta’ Son Heung-min li xeħet fix-xibka b’xutt devjat minn barra ‘l kaxxa.
Fl-40 minuta l-Gunners jagħmlu l-iskor indaqs permezz ta’ korner klassiku tagħhom, b’Odegaard idendel il-ballun lejn it-tieni lasta u jsib lil Gabriel, li bir-ras jindirizza l-ballun lejn, ix-xibka, bl-attakkant ta’ Spurs Solanke jipprova jikklerja u jixħet fix-xibka tiegħu stress.
Arsenal irnexxielhom jiskorjaw ieħor qabel tmiem l-ewwel taqsima, din id-darba b’kontrattakk mibdi minn Partey li jilagħab lejn Odegaard, bin-Norveġiż jiftaħ id-difiża ta’ Spurs u jsib lil Trossard li minn barra l-kaxxa jsib ir-rokna t’isfel.
Aston Villa kisbu tlett punti important f’Goodison Park hekk kif għelbu lil Everton bl-iskor minimum ta’ 1-0, bil-gowl ta’ Ollie Watkins jiddetermina l-partita.
Crystal Palace ukoll rebħu barra minn darhom kontra Leicester City bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ gowls jaslu fit-tieni taqsima.
Kien l-ewwel l-attakkant Franċiż Jean-Philippe Mateta li jiftaħ l-iskor b’xutt tajjeb mill-kaxxa ż-żgħira mill-assit ta’ Sarr.
Fit-78 minuta Crystal Palace għamluha 2-0 permezz tad-difensur Marc Geuhi.
Newcastle telgħu momentarjament fir-raba’ post hekk kif għelbu lil Wolves 3-0.
Il-Magpies marru fil-vantaġġ wara 34 minuta permezz tal-attakkant prolifiku Alexander Isak b’xutt baxx minn barra l-kaxxa. L-Iżvediż jiskorja t-tieni tal-partita fis-57 minuta.
Fl-74 minuta Newcastle jikkonfermaw għal kollox ir-rebħa permezz ta’ Anthony Gordon.
PREMIER LEAGUE
It-Tlieta
Brentford v Man.City 2-2
Chelsea v Bournemouth 2-2
West Ham U. v Fulham 3-2
Nott. F v Liverpool 1-1
Illum
Everton v A.Villa 0-1
Leicester C. v C.Palace 0-2
Newcastle U. v Wolves 3-0
Arsenal v Tottenham H. 2-1
Għada
Ipswich T. v Brighton 8:30pm
Man.U v Southampton 9:00pm