Għaddew ġimgħatejn u l-Ministru tas-sigurtà nazzjonali Byron Camilleri baqa’ ma ta l-ebda’ spjegazzjoni dwar x’ġara miż-żewġ Marokkini li ħarbu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u li sal-lum ma smajna xejn dwarhom. Bil-Ministru, flok iwieġeb, jagħżel biss li jiftaħar bil-ħidma tal-Gvern …u jdawwar din it-tema f’ballun politiku.
Fl-ewwel tas-sena ajruplan tat-Turkish Airlines għamel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li Marokkin ta’ 28 sena kien qal illi ħass xi uġigħ – b’erba’ Marokkini oħra jiftħu l-bieb tal-ajruplan, taw is-salt, qabżu mill-ajruplan u spiċċaw ħarbu mill-ajruport.
Għalkemm tnejn minnhom ġew estraditi….. it-tnejn l-oħra baqgħu maħrubin, b’riżultat li issa ġimgħatejn wara jidher li dawn għadhom ta’ theddida għas-sigurtà nazzjonali.
Byron Camilleri deher skomdu bil-mistoqsija ta’ dan l-istazzjon, u baqa’ ma qal assolutament xejn dwar jekk l-awtoritajiet Maltin jafux x’sar minn dawn il-barranin. Bil-Ministru, minflok, jagħżel li jinfexx f’attakk partiġjan fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>