Futbol Sport

Draw bejn Inter u Bologna, riżultat favorevoli għal Napoli

(Ritratt: EPA)

Inter ma rnexxielhomx jieħdu vantaġġ mid-draw ta’ Atalanta kontra Juventus, hekk kif in-Nerazzuri ukoll temmew fi draw fil-Giuseppe Meazza wara li Bologna wettqu rimonta biex għamlu l-iskor finali 2-2.

Riżultat li jiggwadanjaw l-iżjed minnhu Napoli hekk kif it-tim ta’ Conte jinsabu fl-ewwel post b’47 punt, filwaqt li Inter għandhom 44 punt u jinsabu fit-tieni post, filwaqt li Atalanta jokkupaw it-tielet post b’43 punt. Napoli u Atalanta lagħbu 20 logħba, filwaqt li Inter lagħbu 19.

Bologna ħasdu lill-avversarji wara kwarta logħob meta Santiago Castro rnexxielu jintervjeni x-xutt ta’ sieħbu Moro u jiddevja l-ballun lejn ix-xibka hekk kif Sommer jaqbeż in-naħa l-oħra.

Inter ma damux ma għamlu l-iskor indaqs hekk kif 4 minuti wara Denzil Dumfries xeħet ġewwa mill-viċin wara li l-ewwel tentattiv ta’ Dimarco kien salvat.

Inter irnexxielhom jiskorjaw ieħor qabel tmiem l-ewwel taqsima, din id-darba permezz ta’ Lautaro Martinez ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Bologna wettqu r-rimonta fl-64 minuta meta Emil Holm xeħet ġewwa mis-suġġeriment ta’ Orsolini.

SERIE A
It-Tnejn
Monza v Fiorentina 2-1
Ilbieraħ
Como v Milan 1-2
Atalanta v Juventus 1-1
Illum
Inter v Bologna 1-1