Internazzjonali

Il-Polonja: Żblokk importanti relatat mal-vittmi tat-Tieni Gwerra jirriżulta fi żjara rari minn Zelensky

ll-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, żar il-Polonja wara li ż-żewġ pajjiżi waslu fti ftehim wara tilwima fit-tul relatata ma’ proċess għall-irkuprar tal-vittmi Pollakki tar-reati tal-gwerra li saru fl-artijiet Ukreni matul it-Tieni Gwerra Dinjija – vittmi tal-hekk-imsejħa Massakri ta’ Volyn li seħħew bejn l-1943 u l-1945

Dawn il-vittmi nqatlu mill-qawwiet Ukreni li kienu kollaboraw man-Nażisti ta’  Adolf Hitler u ż-żjara ta’ Zelsnsky qed issir jiem biss wara li l-Prim Ministru Pollakk, Donald Tusk, ħabbar li sar il-progress rigward il-proċess biex il-katavri jibdew jinqalgħu mill-oqbra. Kwistjoni li ilha żmien timponi piż fuq ir-relazzjonijiet ta’ Varsavja ma’ Kiev.

Dan ukoll meta l-Polonja, bħalissa, għandha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea u bħala rwol li hi qed tokkupa sal-aħħar ta’ Ġunju.

Donald Tusk, f’kumment, faħħar l-iżvilupp importanti relatat ma’ kapitlu iswed fl-istorja u fejn qawwa paramilitari – li fit-Tieni Gwerra nfirdet mill-Armata regolari tal-Ukrajna – kienet qed taqdi l-missjonijiet qattiela fuq in-naħa tan-Nażisti li kienu fil-kontroll tal-artijiet Ukreni.

Il-Prim Ministru Pollakk, intant, irringrazzja lill-Ministri Ukreni u Pollakki b’responsabbiltà għall-Kultura li kienu strumentali għall-aħħar passi lejn il-proċess għall-irkuprar tal-fdalijiet tal-vittmi Pollakki mill-Ukrajna.

Dan meta l-Fondazzjoni għal-Libertà u d-Demokrazija – NGO – għandha tibda l-proċess inkwistjoni fl-Ukrajna matul ix-xahar ta’ April.