Għal darb’oħra jagħżel li jiċċensura lill-midja – illum ħarref skuża
Id-Deputat Laburista Keith Azzopardi Tanti għal darb’oħra ħarab mill-mikrofonu ta’ Net News, meta kien mistoqsi dwar it-tibdil fil-liġi tal-Inkjesti Maġisterjali.
L-Erbgħa filgħodu Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari biex jispjega x’irid ibiddel bi preċiż mil-liġi; iżda Azzopardi Tanti ddeċieda li jiċċensura lill-midja – għaliex skont hu Net News immanipulalu l-kummenti.
Ironikament meta kien mistoqsi dwar l-istess suġġett lura fit-18 ta’ Diċembru, ukoll kien lebbet jiġri.
U llum, l-istess Segretarju Parlamentari ħarref skuża biex jiċċensura lil Net News.
Il-Ħadd, ma’ dan l-istazzjon, huwa kien qabel li l-Inkjesta Maġisterjali ta’ 17 Black tiġi ppubblikata, ċioè ma qabilx mal-fatt li l-Avukat Ġenerali ma ppubblikathiex – kif kien irrapportat minn Net News.
Li ma ġiex irrapportat kien il-fatt li ħareġ għonqu għall-Ministru Clint Camilleri u l-Eks Ministru Clayton Bartolo.
Fit-tieni istanza, Net News tul il-jum tat-Tnejn staqsa lil Azzopardi Tanti jekk il-Labour hux se jiskuża ruħu b’rabta mal-iskandlu 17 Black… bid-Deputat Laburista jagħżel li jwieġeb billi ma jweġibx.
U llum Azzopardi Tanti għażel li akkost ta’ kollox ma jweġibx.
Huwa ċar kristall li Keith Azzopardi Tanti għażel li jiċċensura lill-midja; jew għax skomdu jew għax jibża’, jew għax m’għandux idea x’se jgħid.
//= $special ?>