Rapporti mit-Times of Malta żvelaw li l-Eks President tal-Labour Ramona Attard se tingħata siġġu fil-Parlament bħala co-option sabiex tieħu post Randolph De Battista.
Ramona Attard telqet mill-pożizzjoni ta’ President tal-Partit Laburista wara r-riżultat deludenti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew lura f’Ġunju, hekk ukoll kien seħħ fil-konfront ta’ Randolph De Battista fejn wara diversi battibekki u argumenti ma’ Robert Abela, il-Prim Ministru ddeċieda li jeħles minnu billi jibagħtu Ambaxxatur f’Ġinevra.
Dan ifisser li minkejja li Abela wiegħed kemm is-siġġu parlamentari lill-eks uffiċjal f’Kastilja Nigel Vella kif ukoll lill-Minority Leader fil-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara Yana Borg Debono Grech – kollox sfaxxalu meta l-backbencher Edward Zammit Lewis m’għaddiex mill-grilling Ewropew għal pożizzjoni ta’ Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
B’hekk, b’siġġu wieħed biss disponibbli, u biex jibqa’ jfuħ mat-tnejn li huma – dar għall-avukata Ramona Attard.
Fl-aħħar xhur Attard insistiet dwar diversi temi, fosthom ukoll id-drittijiet riproduttivi tan-nisa – fi kliem sempliċi l-abort.
Qabel ma nħatret President tal-Labour, Ramona Attard kienet taħdem ukoll fl-uffiċċju komunikazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, fost oħrajn.
//= $special ?>