Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni llum.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am, fi Triq Anton Cassar, il-Marsa. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Fgura, u karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi.
It-tieni inċident ġara għal xi t-8am, fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Taljan ta’ 30 sena li joqgħod Ħal Għaxaq, kien qiegħed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll u waqa’.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ xufiera tal-muturi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>