Sport Sport Ieħor

Rekord ieħor għal Novak Djokovic

(Ritratt: EPA)

Is-Serb Novak Djokovic kiser rekord ieħor, din id-darba wara li lagħab il-partita kontra Jamie Faria fl-ewwel round tal-Open tal-Awstralja meta sar l-iktar tennista li qatt lagħab logħob fil-Grand Slam fl-istorja. Ir-rekord preċedenti kien miżmum minn Roger Federer b’429, madankollu Djokivic lagħab l-430 logħba fi Grand Slam kontra Jamie Faria. F’partita li kella tkun pjuttost sempliċi għas-Serb, huwa bagħta biex rebaħ. L-ewwel stt rebħu Djokovic b’6-1, bit-tieni rawnd jmur għal Faria bl-iskor ta’ 7-6. Djokovic rebaħ it-tielet u r-raba’ set 6-3, 6-2.