F’Diċembru 2024, l-Aġenzija S&P Global Ratings għolliet il-klassifikazzjoni tal-kreditu f’terminu twil u f’terminu qasir tal-Bank of Valletta, għal BBB/A-2 minn BBB-/A-3. Barra minn hekk, S&P Global Ratings għolliet il-klassifikazzjoni tal-kontroparti ta’ riżoluzzjoni fit-tul (RCR) għal BBB+ minn BBB u kkonfermat il-klassifikazzjonni A-2 għall-kontroparti ta’ riżoluzzjoni f’terminu qasir
Iċ-Chairman tal-BOV, Gordon Cordina u l-Kap Eżekuttiv Kenneth Farrugia esprimew is-sodisfazzjon tagħhom. Cordina saħaq li: “Dan it-titjib minn S&P Global Ratings huwa xhieda oħra tal-progress sostnut li qed jagħmel il-Bank. Saru sforzi sinifikanti sabiex nerġgħu nibdew insostnu l-profittabilità u ntejbu s-sigurtà tal-Bank għall-benefiċċju tal-partijiet kollha interessati, fosthom l-azzjonisti u l-komunità inġenerali. Dan it-titjib fil-klassifikazzjoni jfisser rikonoxximent għal dawn l-isforzi u affermazzjoni li ninsabu fid-direzzjoni t-tajba filwaqt li jagħtina kunfidenza biex inkomplu għaddejjin fit-triq li qbadna”.
Fl-aġġornament ippubblikat minn S&P Global Ratings, S&P qed ibassar li matul is-snin li ġejjin, bil-pożizzjoni dominanti fis-suq u l-kapital b’saħħtu, il-Bank ikompli jwieżen l-istabbilità tan-negozji f’Malta. S&P irrapporta wkoll li l-Bank of Valletta jibqa’ l-ikbar Bank f’Malta bi proporzjon b’saħħtu ta’ madwar 50% tas-suq lokali sew fis-self kummerċjali u d-depożiti tal-klijenti sal-aħħar ta’ Settembru 2024. S&P qed jistenna wkoll li l-Bank ikompli jgawdi minn kundizzjonijiet ekonomiċi tajbin xprunati minn tkabbir ekonomiku b’saħħtu.
//= $special ?>