Lokali

“Is-sentenza tal-Qorti hija perverżjoni tal-ġustizzja” – Repubblika

Is-sentenza mogħtija mill-Maġistrat Nadine Lia, tmur kontra l-ġustizzja.

Kliem il-President Onoraju tal-għaqda Repubblika, Robert Aquilina, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret quddiem id-Depot, fil-Floriana, wara li l-Qorti ċaħdet it-talba talba ta’ Repubblika biex il-Kummissarju Angelo Gafà jieħu passi kriminali kontra l-ogħla uffiċjali tal-Bank Pilatus.

Robert Aquilna sostna li kien hemm biżżejjed provi biex tittieħed azzjoni kontra minn wettaq il-ħażin fl-iskandlu tal-bank Pilatus; fosthom provi minn Inkjesta Maġisterjali oħra li swiet €7 miljun.

U saħaq li Repubblika qatt ma tista’ taqbel ma dak li ddeċidiet il-Maġistrat Lia, għax qed tippermetti lill-Kummissarju Angelo Gafà biex ma jobdix ordni ta’ Maġistrat ieħor.

Ritratt: Catriel Farrugia

Għal din ir-raġuni, Repubblika se tkun qed tippreżenta appell il-ġimgħa dieħla.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Robert Aquilina tenna li l-Kummissajru Gafà meta jrid jista’ jibgħat għalih u għall- għaqda Repubblika hekk kif f’dawn l-aħħar jiem iktar sorsi ressqu bl-evidenza. Sorsi li kixfu fost l-oħrajn l-aġir tal-istess Angelo Gafà.

Kien hawn fejn Aquilina fakkar lil Robert Abela biex iwaqqaf dawn l-attentati ta’ frame-ps u persekuzzjonijiet, għax jekk le, se jsib lilhom biex jiqfulu – kif waqfu lil Joseph Muscat.

Aquilna spjega wkoll li bit-tibdil fil-liġi tal-Inkjesti li qed jipproponi, il-Prim Ministru se jkun qed ineħħi d-dritt taċ-ċittadini.

Min-naħa tagħha, il-President ta’ Repubblika VickiAnn Cremona qalet li ma tistax tifhem kif il-whistelblowers suppost qed jiġu protetti bil-liġi – però minflok hemm theddid u persekuzzjoni fil-konfront tagħhom.