Lokali

Bosta feruti f’inċident f’Raħal Ġdid

Pulizija, ambulanza u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fi Triq il-Belt Valletta, f’Raħal Ġdid, wara li għall-ħabta tal-10.15am seħħet ħabta bejn żewġ vetturi.

Wieħed mill-vetturi kienet misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti Raħal Ġdid, li kellha żewġ passiġġieri; mara ta’ 86 sena u ġuvni ta’ 22 sena minn Marsaskala. L-anzjana ta’ 86 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Intant, il-vettura l-oħra, Mazda Demio, kienet misjuqa minn mara ta’ 29 sena, li wkoll qed tirċievi trattament fl-Isptar Mater Dei.

It-traffiku f’din iz-zona kien affettwat b’mod sinifikanti, u l-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jevita l-inħawi sakemm is-sitwazzjoni tkun ikkontrollata.

L-awtoritajiet għadhom qed jinvestigaw biex jiddeterminaw il-kawżi eżatti tal-inċident.