Sport

Joseph Mifsud finalist ma’ Fiamme Azzure f’Napoli

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar l-International Open ta’ Napoli fejn kellna plejer Malti fuq il-podju.

Joseph Mifsud kellu turnew eċċezzjonali mat-tim tiegħu, Fiamme Azzure. Iċ-Ċhampions tal-Italja rnexxielhom jaslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni b’rebħa konvinċenti fuq Salernitana fis-semifinali, iżda fil-finali tilfu kontra t-tim ta’ Napoli Fighters.

Fil-kategorija individwali, Josef Camilleri u George Ebejer irnexxielhom jaslu mal-aħħar 32 iżda Joseph Mifsud kien eliminat fil-fażi tal-gruppi.

Il-vjaġġar tal-atleti Maltin u tal-Malta Table Football Association ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.