F’dawn il-ħinijiet, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qed jinġabru l-membri tal-Grupp Parlamentari Laburista għal-laqgħa li fiha mistennija jiġu diskussi kemm il-co-option ta’ Ramona Attard kif ukoll l-emendi għal-liġi tal-Inkjesti Maġisterjali.
Sorsi mill-qalba taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista żvelaw kif ilbieraħ qam ferment sħiħ fost il-Grupp Parlamentari Laburista. Dan wara li fil-midja ħareġ l-isem ta’ Ramona Attard – il-persuna li se tiġi co-opted fil-Parlament minflok Randolph de Battista.
In-nies li tkellmu magħna qalulna li Abela ried joħroġ dan l-isem qabel biss jiġi diskuss internament. Fil-fatt, il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari qed issir proprju llum.
L-istess sorsi fissru kif Abela, lanqas l-emendi dwar l-Inkjesti Maġisterjali ma ressaq quddiem il-Grupp Parlamentari. Tant hu hekk, li meta fl-aħħar jiem staqsejna domandi diretti lill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari lanqas huma ma kienu kapaċi jagħtuna dettalji – proprju għax tħallew fil-għama minn Robert Abela, u l-klikka żgħira ta’ Ministri li jqishom “ta’ ġewwa”.
//= $special ?>