L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ċċelebra quddiesa li għaliha kienu mistiedna l-koppji li se jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ matul din is-sena. Għall-quddiesa li saret nhar is-Sibt bis-sehem tal-Moviment ta’ Kana, attendew madwar 65 koppja.
L-Isqof Awżiljarju qabbel il-magħmudija ta’ Ġesù, li mmarkat il-bidu tal-ministeru pubbliku tiegħu fil-missjoni ta’ mħabba u salvazzjoni, mas-sagrament taż-żwieġ li jimmarka bidu ġdid għall-għarajjes bħala koppji miżżewġa.
Żied jgħid: “Iż-żwieġ mhuwiex dejjem faċli. Se jkun hemm sfidi, kultant nuqqas ta’ ftehim, u sagrifiċċji li jkun hemm bżonn li tagħmlu. Imma l-Ispirtu s-Santu hu dak li jakkumpanjakom b’mod kostanti, li jagħtikom l-għerf, is-sabar, u l-kuraġġ biex tgħixu b’mod għaqli dawn il-mumenti flimkien.”
Finalment, l-Isqof Awżiljarju talab fuq l-għarajjes.
//= $special ?>