Robert Abela qed jibqa’ jwebbes rasu. Qed jibqa’ jiddefendi l-Ministri tiegħu akkost ta’ kollox. Determinat li jdaħħal l-emendi fil-liġi li jirrestrinġu l-Inkjesti Maġisterjali – minkejja l-kritika enormi li qed jaffaċċja.
Skont Abela, bħalissa qed isir attakk fuq il-ħidma tal-Gvern. “Mhux se nħallihom ikissru Ministri. Over my dead body. Ċar ħafna.”
L-Erbgħa filgħaxija, il-Prim Ministru żamm il-pożizzjoni ċara tiegħu li jdaħħal dawn l-emendi, li diġà ġew preżentati fi stadju tal-Ewwel Qari. Bil-Partit Nazzjonalista jiddikjara li se jivvota kontra dawn il-bidliet, li jirrestrinġu s-saħħa taċ-ċittadini biex tintalab ġustizzja.
U hekk kif deher skomdu bid-domandi li bdew isirulu barra l-Parlament, il-Prim Ministru spiċċa attakka lill-ġurnalist tal-MaltaToday. B’Abela jgħidlu li qed jagħmel domanda “bażwija”.
Apparti l-midja, Robert Abela attakka wkoll lis-soċjetà civili f’pajjiżna. U dawk li, skont hu, għandhom aġenda kontrih.
//= $special ?>