Il-popolazzjoni tal-Furjana niżlet taħt l-2,000 persuna u sfortunatament il-komunita Furjaniza qed tkompli titnaqqar. Tant li fi Pjazza Sant’Anna – per eżempju – qed jgħixu biss 11-il persuna.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-viċi Sindku James Aaron Ellul f’isem il-Partit Nazzjonalista preżenta diġa’ dokument li għandu jkun il-qafas tal-policy għar-riġenerazzjoni tal-Furjana.
Xi ħaġa li kienet ukoll fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għal din il-lokalità.
Dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista kien l-unika Partit li fil-programm elettorali indika l-isfida tar- riġenerazzjoni fil-lokal – u wiegħed li se jkun qed jindirizaha.
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Jum il-Housing….. issemma’ kif residenza partikolari se tkun qed tinbidel f’lukanda. Dan għaliex il-miżuri biex ma tonqosx il-popolazzjoni fil-Furjana mhux qed jittieħdu bis-serjetà mill-awtoritajiet konċernati.
Għal din il-konferenza attendew ukoll il-kunsillira tal-Partit Nazzjonalista Justyne Palmier u s-Sindku Nigel Holand.
James Aaaron Ellul spjega li l-Kunsill irid iħares ‘il quddiem bil-għan li l-kommunità tibqa’ tifjorixxi. Għalhekk, dan id-dokument li preżenta f’forma ta’ policy paper jindirizza sfidi partikolari – fosthom li ż-żgħażagħ li mhux jibqgħu fil-Furjana għax il-prezz tal-propjetajiet huwa għoli, u għalhekk jeħtieġ jittieħdu numru ta’ inċentivi biex tiġi indirizata din ir-realtà.
Minn naħa tiegħu s-Sindku Nigel Holland spjega kif din is-sitwazzjoni preżenti hija sintomu ta’ snin twal fejn ma tieħdux miżuri biex iż-żgħażagħ jibqgħu jgħixu fil-Furjana u madwar il-port. Waqt li sostna li l-binjiet residenzjali mhux suppost jintużaw għal skopjiet kummerċjali.
//= $special ?>