Riklam ta’ Pakistan Airlines li juri ajruplan sejjer dirett lejn l-Eiffel Tower ħoloq kritika kbira hekk kif ħafna nies qabbluh mal-attakki terroristiċi li seħħew fil-11 ta’ Settembru 2001 fuq l-Istati Uniti.
Dan ir-riklam juri ajruplan ta’ Pakistan Airlines biswit l-Eiffel Tower bil-kliem maġenb din l-immaġini jgħidu ‘Paris, we’re coming today.’
B’uħud jistaqsu jekk dan hux sempliċiment riklam bla ebda intenzjoni ħażin jew inkella hux theddida lejn il-Franċiżi. B’oħrajn isejħu biex il-kumpanija tkeċċi lil dawk responsabbli minn dan ir-riklam.
Fuq Twitter, dan ir-ritratt rawh iktar minn 21 miljun persuna wara li l-kumpanija ppubblikatu l-ġimgħa l-oħra.
Il-Prim Ministru Shehbaz Sharif ordna li ssir investigazzjoni dwar dan ir-riklam filwaqt li anke d-Deputat Prim Ministru, Ishaq Dar, ikkritika l-kontenut ta’ dan ir-riklam.
//= $special ?>