Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Labour Robert Abela stqarr ma’ Net News li l-emendi li jirristrinġu l-Inkjesti Maġisterjali jirrappreżentaw dak li jemmen fih il-Partit Laburista.
Dan intqal minnu stess wara li Robert Abela laqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-Labour, fejn iddiskutew l-emendi fuq l-Inkjesti u l-co-option tal-Eks President tal-Partit Laburista Ramona Attard.
Qabel daħal għal-laqgħa, Abela baqa’ jiddefendi l-manuvri li lest li jagħmel fil-mod kif jitħaddmu l-Inkjesti. U stqarr li dawn il-bidliet jirriflettu l-prinċipji li jemmen fihom il-Labour.
Net News żvela li d-dettalji tal-emendi qatt ma ġew diskussi mal-Grupp Parlamentari.
Bil-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana stess jikkonferma qabel il-laqgħa… li kienu għadhom ma ddiskutewhomx.
Sinifikanti anke r-reazzjoni ta’ Andy Ellul meta iffaċċjat bir-realtà li dawn l-emendi nżammu moħbija minnhom.
Staqsejna wkoll lil membri oħra tal-Grupp Parlamentari jekk rawx dawn l-emendi, u jekk jafux id-dettalji. Fuq kollox, jekk ġewx diskussi internament.
Net News staqsa anke dwar il-co-option tal-Eks President tal-Labour Ramona Attard fil-Parlament Malti, u jekk huma ġewx avżati b’dan l-iżvilupp. Bil-biċċa l-kbira tad-deputati viżibbilment skomdi jirrispondu…. jew jonqsu milli jwieġbu.
//= $special ?>