Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara inċident fin-Naxxar

Inċident bejn karozza u mutur seħħ għall-ħabta tal-10.15am fi Triq il-Fortizza, in-Naxxar.

Mill-investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li l-inċident involva mutur misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Mosta, u karozza Vauxhall Astra misjuqa minn mara ta’ 45 sena residenti in-Naxxar.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa. Intant, is-sewwieqa tal-karozza ma ġietx midruba fl-inċident.

Fuq il-post waslu membri tal-Pulizija u ambulanza biex jassistu f’dan l-inċident u jikkontrollaw it-traffiku.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.