Stephen Spiteri, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fl-Aġġornament tal-Parlament li hu tajjeb li ssir sħubija mal-privat, iżda l-kontroll tas-servizzi tas-saħħa għandu jibqa’ għand il-gvern
Stephen Spiteri qal li s-settur tas-saħħa jinsab taħt pressjoni minħabba l-istaġun tal-influwenza kif qed iseħħ madwar l-Ewropa kollha. Dan mhux skuża li jista’ jiskuża s-settur tas-servizz tas-saħħa għaliex Malta mhijiex ta’ sptar wieħed.
Hu qal li jeħtieġ li s-sistema tas-servizzi tas-saħħa tkun elevata għal livelli ogħla, kif dejjem sar. Bħalissa hemm nuqqasijiet li mhumiex tort tal-ħaddiema iżda m’hemmx spazju biex dawn is-servizzi jingħataw.
Għalhek issa l-gvern qed jirrikonoxxi l-bżonn ta’ infrastruttura adewgata billi daħħal lill-privat fis-settur tas-saħħa pubblika. Il-PN hu favur li l-privat ikun parti mill-qafas tas-settur tas-saħħa għaliex dan iġib iktar kwaluità, iżda r-regolatur prinċipali tal-kura tas-saħħa għandu jibqa’ l-gvern. Is-servizz tal-emerġenza għandu jibqa’ kontrollat mid-diaprtiment li jieħu sħieb is-sezzjoni tal-emerġenza f’Mater Dei biex il-pazjent jinqeda bl-aqwa mod.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pazjenti li jkollhom bżonn l-Isptar Mater Dei f’każi ta’ emerġenza ma jistgħux ikunu fdati fil-privat u sostna li l-lista twila ta’ stennija f’Mater Dei, il-Gvern qed iħalli lill-anzjani Maltin jistennew ix-xhur u s-snin. Għalhekk iridu jintużaw is-servzzi tal-privat iżda l-emerġenzi għandhom ikunu trattati f’Mater Dei. Id-deputat Nazzjonalista sostna li Mater Dei m’għadux jiflaħ għall-popolazzjoni li tgħix f’Malta llum.
//= $special ?>