Raġel ta’ 60 sena ġie illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena wara li nstab ħati li fforma parti minn grupp ta’ 60 persuna f’San Ġiljan waqt il-pandemija tal-Covid 19. Christopher Grech instab ħati li fis-6 ta’ Ġunju 2021, fil-Balluta, kiser il-paċi pubblika b’għajjat u storbju.
Huwa nstab ħati wkoll li naqas li josserva l-liġi fejn fi żmien il-pandemija, li kien involut f’laqgħa mingħajr permess tal-Kummissarju tal-Pulizija u li naqas li jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija biex ma jkunx fil-grupp. Huwa, iżda, instab ħati li pparteċipa fi grupp ta’ aktar minn erba’ persuni flimkien.
Meta kien interrogat mill-Pulizija huwa qal li ħa sehem fil-protesta biex iqajjem kuxjenza li f’Malta kien hawn nuqqas tal-libertà tal-espressjoni. Grech xehed fil-Qorti li l-liġi biex jintużaw il-maskri kienet illegali, li l-pandemija kienet fabbrikata mill-politikanti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, u li kellu dritt jifforma parti minn grupp waqt protesta.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech semgħet ukoll diversi pulizija jagħtu d-depożizzjoni tagħhom fil-Qorti fejn dawn kienu intervjenew biex iferrxu l-ġemgħa fejn semmew kif dawk li kienu qed jipprotestaw kellhom megaphone li fuqu bdew jindaqqu anke diski. Hija sabet lill-akkużat ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih ħlief dik li ġabar fi grupp ta’ erba’ għax l-avviż legali ma baqax fis-seħħ.
//= $special ?>